Mħareġ bħala speċjalista fil-mikrobijoloġija klinika, il-Prof Michael A. Borg imexxi d-Dipartiment tal-Kontroll tal-Infezzjonijiet fl-Isptar Mater Dei f’Malta u l-Kumitat Nazzjonali dwar ir-Reżistenza għall-Antimikrobiċi. Huwa wkoll president emeritu tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontroll tal-Infezzjonijiet (IFIC) u konsulent taċ-Ċentru Ewropew għall-Kontroll tal-Mard (ECDC) dwar l-użu prudenti tal-aġenti antimikrobiċi fil-mediċina umana. Huwa ġie inkluż fil-lista tal-Università ta Stanford tal-aqwa 2% xjenzati fid-dinja.