IL-MISSJONI TAGĦNA

Il-Kumitat Nazzjonali dwar l-Antibijotiċi twaqqaf mill-2008 skont l-avviż legali L.N.122 bħala parti mill-Att dwar is-Saħħa Pubblika (Kap.465). Fl-2023, il-format tal-kumitat inbidel biex jaqbad l-approċċ ta’ ‘One Health’ bejn diversi partijiet interessati minn għadd kbir ta’ setturi – inklużi speċjalisti fil-kura tas-saħħa tal-bniedem, veterinarji, spiżjara, edukaturi, dawk li jfasslu l-politika, korpi leġiżlattivi, agrikoltura, industrija u l-pubbliku. Dan wassal għat-twaqqif tal-Kumitat Nazzjonali dwar ir-Reżistenza għall-Antimikrobiċi skont l-avviż legali L.N. 105 tal-2023.

Għandu jkun id-dmir tal-Kumitat li:

(a) Jagħti parir lis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika dwar miżuri meħtieġa biex titnaqqas ir-reżistenza ghall-antimikrobiċi.

(b) Jiżviluppa u taġġorna l-Istrateġija u l-Pjan ta’ Azzjoni dwar ir-Reżistenza għall-Antimikrobiċi f’Malta permezz ta’ approċċ OneHealth.

(c) Jikkoordina strateġiji biex tiżgura l-effettività kontinwa ta’ aġenti antimikrobiċi użati fit-trattament u l-prevenzjoni ta’ mard infettiv fil-bnedmin u l-annimali.

(d) Jissorvelja l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Nazzjonali u l-Pjan ta’ Azzjoni dwar ir-Reżistenza Antimikrobika permezz ta’ approċċ OneHealth u tagħti pariri dwar azzjonijiet ta’ implimentazzjoni fejn meħtieġ.

(e) Jippromwovi programmi effettivi ta’ prevenzjoni u kontroll tal-infezzjonijiet fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-kura tas-saħħa.

(f) Jiżgura li l-impatt fuq is-sikurezza u l-kwalità tal-kura jiġi kkunsidrat fid-deċiżjonijiet kollha.

(g) Jiżviluppa u jirrakkomanda strateġiji biex jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni tal-UE kif ukoll ifasslu u jxerrdu linji gwida u standards dwar użu xieraq tal-antimikrobiċi, dożaġġ ottimali, amministrazzjoni u monitoraġġ f’konformità mal-aħjar prattika aċċettata sabiex jiggwidaw it-terapija antimikrobika kif ukoll il-prevenzjoni tal-infezzjonijiet u kontroll.

(h) Jippromwovi edukazzjoni effettiva dwar ir-reżistenza għall-antimikrobiċi, l-użu prudenti ta’ aġenti antimikrobiċi u l-amministrazzjoni tal-antibijotiċi, kif ukoll il-prevenzjoni tal-infezzjonijiet, lill-professjonisti fis-saħħa tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali u l-pubbliku ġenerali.

(i) Jagħti dawk il-pariri kollha li jistgħu jintalbu mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika.

Il-Kumitat għandu:

  1. Jikkoordina l-t-twaqqif ta’ sistemi ta’ sorveljanza biex janalizzaw ix-xejriet fir-reżistenza għall-antimikrobiċi u l-utilizzazzjoni tal-antimikrobiċi bl-użu ta’ data fis-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, kif ukoll janalizzaw infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa kkawżati minn mikro-organiżmi ta’ reżistenza jew xort’ ohra.                                                                                                                     
  2. Jaġixxi bħala korp awtorizzat bis-saħħa tas-setgħat mogħtija mill-artikolu 8 tal-Att u tiġbor, mingħand kwalunkwe entità rilevanti, informazzjoni xierqa dwar ir-reżistenza għall-antimikrobiċi, data dwar il-konsum, id-distribuzzjoni u t-tqassim ta’ aġenti antimikrobiċi użati fit-trattament u l-prevenzjoni ta’ infezzjonijiet fil-bnedmin u l-annimali, kif ukoll l-inċidenza ta’ infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa u l-proċessi meħtieġa għall-prevenzjoni tagħhom.