Komunikazzjoni Medika Professjonali

Fuljett: Antibiotic Insights

Riċerka riċenti uriet żieda persistenti fl-użu ta’ antiibijotiċi b’firxa wiesgħa, b’mod partikolari azithromycin u clarithromycin. Dan wassal biex inħareġ fuljett ieħor lit-tobba, dentisti u spiżjara, biex jenfasizza l-importanza ta’ preskrizzjoni responsabbli tal-antibijotiċi, speċjalment għal infezzjonijiet tan-nifs. Punti ewlenin li għandek iżżomm f’moħħok jinkludu:

  • Amoxicillin jibqa’ l-istandard fit-trattament ta’ infezzjonijiet respiratorji batteriċi komuni.
  • Amoxicillin jinsab disponibbli fl-ispiżeriji tal-komunità privata.
  • Għandek tuża attenzjoni estrema meta tippreskrivi macrolides b’mod empiriku għal infezzjonijiet respiratorji.

Din l-inizjattiva tappoġġja użu infurmat tal-antibijotiċi biex tgħin tipprevjeni r-reżistenza u tiżgura li jkollna għażliet effettivi ta’ trattament għall-futur.

Aqra aktar fil-Fuljett tal-2024 tal-Kumitat Nazzjonali dwar ir-Reżistenza għall-Antibijotiċi.

Id-data lokali wriet ukoll tnaqqis kostanti fl-użu tal-antibijotiċi sa sena 2019. Madankollu, dan l-andament inbidel bejn l-2020-2021, minħabba l-pandemija tal-COVID-19. Fl-2022, l-użu tal-antibijotiċi żdied drastikament, u laħaq l-ogħla livell li qatt ġie rrappurtat f’Malta. Barra minn hekk, l-antibijotiċi b’firxa wiesgħa huma ppreskritti b’mod eċċessiv, b’Malta jkollha t-tieni l-ogħla proporzjon ta’ antibijotiċi b’firxa wiesgħa meta mqabbel ma’ dawk b’firxa ristretta fost il-pajjiżi tal-UE/EEA.

Sabiex inaqqsu r-reżistenza u niżguraw trattament xieraq għall-pazjenti, il-Kumitat Nazzjonali dwar ir-Reżistenza għall-Antibijotiċi jħeġġeġ lit-tobba tal-kura primarja u lill-pedjatra biex:

  • Jippreskrivu antibijotiċi b’mod kawt għal infezzjonijiet respiratorji billi jużaw għodod bħal Centor score u Strep test biex jivvalutaw jekk l-infezzjoni hix virali.
  • Isegwu il-linji gwida nazzjonali li jenfasizzaw l-użu ta’ antibijotiċi b’firxa ristretta, bħall-amoxicillin.

Aqra aktar fil-Fuljett tal-2023 tal-Kumitat Nazzjonali dwar ir-Reżistenza għall-Antibijotiċi.

Komunikazzjoni: Newer is not Necessarily Better

L-użu tal-glikopeptidi (speċjalment teicoplanin) għandu jkun riservat għal infezzjonijiet serji u ta’ theddida għall-ħajja (bħal settisimja) li x’aktarx huma kkawżati minn MRSA, jew f’każijiet fejn il-pazjent verament għandu allerġija għall-peniċillin. Inkella, qed nirriskjaw li VRE tiżdied mal-lista ta’ infezzjonijiet multi-reżistenti endemiċi f’Malta.

Aqra aktar fil-fuljett Communication – Novembru 2021.