Merħba
X’inhi Reżistenza għall-Antibijotiċi?
Ir-Reżistenza għall-Antibijotiċi (AMR) sseħħ meta l-batterji ma jibqgħux jirrispondu għall-antibijotiċi u b’hekk l-infezzjonijiet isiru aktar diffiċli biex jiġu kkurati. Dan jista’ jwassal għal mard itwal, spejjeż mediċi ogħla, u riskji akbar għas-saħħa, inkluż il-mewt.
X’inhi Reżistenza għall-Antibijotiċi?
Aħna kollha għandna rwol biex nikkumbattu l-AMR billi:
✅ Tuża l-antibijotiċi b’mod responsabbli- uża biss meta jkunu preskritti minn tabib
✅ Tippreveni l-infezzjonijiet – permezz ta’ iġjene tajba tal-idejn u tilqim
✅ Tghin fil-monitoraġġ tal-użu tal-antibijotiċi fil-bnedmin, l-annimali u l-ambjent
Il-websajt tipprovdi informazzjoni utli u għodod prattiċi biex tgħin kemm lill-pubbliku kif ukoll lill-professjonisti fil-qasam tas-saħħa biex jaqdu r-rwol tagħhom fil-ħarsien tal-antibijotiċi.
Kont Taf?