Linji GWIDA u Antibiotic app

Antibiotics Malta APP

Il-Kumitat Nazzjonali dwar ir-Reżistenza għall- Antimikrobiċi jipprovdi għodda għt-teħid ta’ deċiżjonijiet ibbażata fuq algoritmi biex b’hekk tassisti lit-tobba li jaħdmu kemm f’ambjent komunitarju kif ukoll fl-isptarijiet biex jippreskrivu antibijotiċi f’konformità mal-linji gwida nazzjonali u skond is-suxxettibilità talkl-antimikrobiċi lokali. It-tobba kollha huma mħeġġa jużaw il- Antibiotics Malta app meta jippreskrivu l-antibijotiċi. Barra minn hekk, l-app tinkorpora numru ta’ kalkolaturi mediċi utli.

Meta tirreġistraw għall-app, tobba mingħajr indirizz elettroniku tal-gov.mt iridu jdaħħlu n-Numru ta’ Reġistrazzjoni Medika għall-awtentikazzjoni. Jekk jintuża indirizz elettroniku tal-gov.mt, m’hemmx għalfejn jintuża l-password tal-CORP peress li ż-żewġ pjattaformi mhumiex konnessi.

Ladarba tkun rreġistrat, l-utenti jistgħu jaċċessaw l-app minn kwalunkwe apparat konness mal-internet billi juża https://antibioticsmalta.gov.mt/

Utenti Android: L-app bħalissa mhix fuq Google Play. Għalhekk, wieħed irid ikklikkja hawn biex jitniżżel, jigi issejvjat u estratt iż-żewġ fajls fiz-zipped folder. Fajl wieħed huwa l-APP (jispiċċa f’.APK). Il-fajl l-ieħor huwa dokument Word (.docx) b’istruzzjonijiet pass pass dwar dak li għandek bżonn tagħmel.

Utenti tal-Apple (iOS) Users: Niżżel l-app minn Apple App Store u segwi l-proċeduri standard tat-tniżżil tal-App.